Filmat: Jaqdfu bil-Kayak minn Malta għal Pozzallo għall-karità

Dalgħodu bdiet il-maratona Kayak for Charity fejn tim se jipprova jaqsam minn Malta għal Pozzallo u lura bil-Kayak. Ian Laferla u Andrea Scorcia huma determinati li jaqdfu dawn il-200 kilometru f’anqas minn 40 siegħa.
It-tim telaq fis-sitta ta’ dalgħodu wara li t-tluq kellu jiġi pospost mill-Ħamis li għadda minħabba li Scorcia kien qed ibati minn uġigħ f’daru minħabba t-taħriġ.
Matul il-vjaġġ hemm grupp ta’ persuni li qed jakkumpanjawhom biex jassistuhom f’xi bżonnijiet. Is-sħana qawwija u t-telf kbir ta’ ilma tal-ġisem huma fost l-isfidi li se jkollhom jaffaċjaw.
Din il-maratona ilha ssir mill-2008 u tiġbor fondi għal karitajiet differenti. Din is-sena sejrin jinġabru fondi għall-Fondazzjoni Insipire li tgħin persuni b’diżabilitajiet differenti.
Kull min jixtieq jagħti donazzjoni jista’ jibgħat messaġġ bil-kelma “Kayak” fuq:
50618080 għal donazzjoni ta’ €4.66
50618926 għal donazzjoni ta’ €6.99
50619215 għal donazzjoni ta’ €11.65
Jew inkella online fuq: http://fundraisingmalta.com/kayakchallenge/.