Filmat: Jaqbdu 7,000 kilo kokaina fuq sottomarin

Il-Grawdjani tal-Kosta Amerikani, ilbieraħ ħarġu filmat li juri l-operazzjoni li seħħet fit-18 ta’ Ġunju li għadda sabiex jinqabad sottomarin li kien qed iġorr aktar minn 7,700 kilo droga kokaina li tammonta għal iktar minn $569 miljun.

Fil-filmat ta’ minuta jidher l-operazzjoni li saret sabiex il-Grawdjani tal-Kosta Amerikana qabżet għal fuq is-sottomarin u ordnawlu biex jieqaf.