Vann tal-armata ħa n-nar waqt li kien qed jiġi misjuq fiż-Żurrieq.
Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fil-10.50am fi Blue Grotto Avenue. Spjega li l-karozza kien hemm fiha żewġ suldati li malli raw il-karozza taqbad ħarġu minnha mill-ewwel.
Fuq il-post issejjaħ vann tal-protezzjoni ċivili minn Ħal Far sabiex jikkontralla n-nirien.
Ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dan l-inċident.
Filmat: Sharlo Vassallo