Filmat: Jaqa’ ċint f’San Pawl il-Baħar

Waqa’ ċint għal ġo sit ta’ kostruzzjoni f’San Pawl il-Baħar.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30 am fi Triq is-Sajjied. Tpoġġew numru ta’ barriers minħabba li nħoloq periklu għan-nies. Il-ġebel waqa’ fis-sit ta’ kostruzzjoni u mhux lejn in-naħa tat-triq. Persuna li tgħix fil-qrib qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-ħoss tal-ġebel jaqa’ ħasbitu xi terremot. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.