Filmat: Jaqa’ arblu minn fuq bejt fil-pjazza tax-Xagħra

Read in English.

Diversi nies li kienu fil-pjazza tax-Xagħra tard waranofsinhar jistgħu jgħodduha b’waħda wara li r-riħ qawwi wassal biex arblu waqa’ minn fuq bejt għal fuq tinda ta’ restorant.

Dan inqabad mil-livestreaming tal-pjazza li tagħmel il-Parroċċa tax-Xagħra.

Persuni li kienu fuq il-post li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li skansawha peress li kienu fil-pjazza ftit metri ‘l bogħod minn fejn ġara dan.

Ilbieraħ ir-riħ wassal biex titjira li kellha tasal Malta minn Dublin fl-Irlanda tibdel ir-rotta u ddur lejn Katanja fi Sqallija.

Filmat: Xagħra Parish Streaming