Filmat: “Jamie bidilli ħajti” – Evelyn Saliba La Rosa

Ryan Borg illum se jkun qed imexxi edizzjoni oħra tal-programm Sibtek, li jixxandar fuq TVM fis-12.45pm.

Ħafna stejjer ta’ nies fosthom il-make up artist Shasha titkellem kemm użawha nies, Natius Farrugia jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu ta’ kemm ġie wżat minn nies.

Niltaqgħu ma’ Michael Vella Haber, li nafuh bħala wieħed mill-imħuħ wara bosta sensiliet bħal F’Ġieħ L-Imħabba, Sorelle u Ħbieb u Għedewwa, jitkellem b’emozzjoni kbira fuq missieru.

Evelyn Saliba La Rosa titkellem kif binha Jamie bidlilha ħajjitha.

Daniel Wright jitkellem b’mod esklussiv fuq l-aħħar esperjenza kerha.

Wayne Aquilina u Agnes b’intervista ħelwa ta’ kif iltaqgħu.

Waqt Sibtek stennew ħafna aktar. Ma jonqsux il-game show The Box, mużika, spettaklu, divertiment u bħas-soltu jintefa’ dawl fuq stejjer li qatt ma kontu tafu.