Filmat: James Arthur jixxerja filmat ta’ Ela Cachia fuq l-Instagram tiegħu

Meta Ela Cachia tefgħet fuq Instagram filmat tagħha tkanta cover version tas-silta Recovery ta’ James Arthur qatt ma stenniet li dan l-istess kantant kien se jkun qiegħed jixxerja dan l-istess filmat fuq l-Instagram tiegħu, u wisq aktar jikkumplimentaha għall-interpretazzjoni tagħha.

Ir-rebbieħ tad-disa’ staġun ta’ X Factor UK u l-kantanta Maltija kienu qed jiddiskutu fuq il-mużika meta hu ixxerja l-filmat tagħha tkanta l-kanzunetta tiegħu.

“Kienet sorpriża kbira għalijja għax James Arthur huwa artist kbir u ta’ ispirazzjoni għalijja,” ikkummentat magħna Ela.

Mhux biss, iżda l-kantant Ingliż kitbilha messaġġ li kif taraw qed jgħidilha li tassew għoġbitu l-interpretazzjoni tagħha tal-kanzuentta tiegħu.

Prosit Ela!