Filmat: Jaħtfilha l-handbag u jitlaq jiġri bih fil-Belt

Filmat li ġie ppubblikat onlajn juri kif lejliet l-ewwel tas-sena mara spiċċat vittma ta’ serq hekk kif raġel ħatfilha l-handbag u telaq bih.
Is-serqa seħħet f’bar tad-divertiment fi Strada Stretta, fil-Belt Valletta, meta r-raġel seraq il-handbag hekk kif kulħadd kien aljenat jiddeverti lejliet l-Ewwel tas-Sena.
Ir-raġel tal-mara poġġa’ l-filmat tal-kamera tas-sigurtà fuq Facebook, fejn qed jappella lil kull min jaf li informazzjoni jgħaddihielu sabiex ikun identifikat ir-raġel.
Xerred dan l-artiklu sabiex ir-raġel jinqabad fl-inqas żmien possibbli.