Filmat: Jagħlaq l-ajruport ta’ Heathrow

L-ajruport ta' Heathrow ingħalaq filwaqt li numru ta' passiġġieri mir-raba' terminal ġew evakwati wara li daqq l-alarm tan-nar.
Filmati li qed iduru fuq il-midja soċjali juru xeni ta' konfużjoni tal-massa waqt li passiġġieri qed jippruvaw joħorġu mit-terminal.
Il-membri tal-istaff mhumiex jipprovdu dettalji dwar x'ġara.
Nies b'basktijiet f'idejhom jidhru jduru mal-ajruport waqt li kienu qed jipruvaw jifhmu x'inhu jiġri.

Sadanittant folla kbira nġabret fuq ġewwa ħdejn il-bibien ta' barra hekk kif dawn jinsabu msakkra.