Filmat: Iżomm l-annimali f’kundizzjoni makabra; għall-Qorti

Read in English.

Il-Pulizija ħadet passi biex sid ta’ razzett f’Ħaż-Żebbuġ jittressaq il-Qorti wara li l-annimali li kien qed iżomm ma nstabux f’kundizzjoni makabra.

Filmati li dehru fil-mezzi soċjali juru għadd ta’ klieb għadma u ġilda jiġru mar-razzett li ma kienx miżmum f’kundizzjoni tajba.

Jidher li uffiċjali tal-ħarsien tal-annimali ssejħu lbieraħ wara telefonata anonima fuq il-numru 1717 f’razzett fiż-żona magħrufa bħala tal-Ħlas f’Ħaż-Żebbuġ.

Fosthom instabu 5 iklieb, 7 ifniek, 2 tiġiġiet u ħamiema.