Filmat: ​“Iż-żgħażagħ mhumiex il-Knisja tal-futur, imma l-Knisja tal-lum”

Mal-1,200 student tar-raba’ klassi tas-sekondarja li jattendu 16-il skola tal-Knisja pparteċipaw f’attivitajiet ta’ sport, mużika, drama u żfin li saru f’erba’ skejjel.
Saru wkoll diskussjonijiet fejn żgħażagħ spjegaw xi jfisser Alla għalihom. Il-messaġġ ewlieni lill-istudenti kien li ż-żgħażagħ mhumiex il-Knisja tal-futur, iżda l-Knisja tal-lum.
It-tema ta’ din is-sena kienet Big questions, one great answer, bil-għan li l-istudenti jiġu mgħejjuna dwar kif jaffaċċjaw l-ikbar mistoqsijiet f’ħajjithom, bir-risposta tkun Ġesù.  
L-attivitajiet saru fl-Iskola ta’ Santa Monika fil-Gżira, ta’ Sant’Agata fir-Rabat, St Michael’s f’Santa Venera u fis-Seminarju tal-Arċisqof fir-Rabat, u kienu animati minn erba’ għaqdiet li jaħdmu maż-żgħażagħ: Acts, Maranatha, iż-Żakk u Youths for Jesus.
Dan l-avveniment annwali kien organizzat mit-Taqsima tal-Iżvilupp Spirtiwali fi ħdan is-Segretarjat tal-Edukazzjoni Kattolika.
Filmat: Reel8 Productions