Filmat: Ix-xitwa tibda fir-rebbiegħa

Read in English.

Xena mhux tas-soltu fil-lejl li għadda hekk kif ħalba xita bis-silġ ksiet il-bajja tal-Għadira.

Bla dubju li xi ħaġa hekk l-aktar li nistennewha fix-xitwa u mhux fir-rebbiegħa.

Filwaqt li kein hemm min forsi xxukkja ruħu għal dan it-temp, oħrajn ħadu gost ukoll, hekk kif ħadu l-opportunità, speċjalment xi tfal, biex jagħmlu xi Snowman jew inkellha jagħmlu wkoll xi blalen tas-silġ.