Filmat: Ix-xeni li mhux se taraw f’L-Għarusa

Mumenti li jnisslu tbissima minn fuq is-sett tas-sensiela L-Għarusa hekk kif grazzi lil Steven Dalli u Justin Farrugia minn Sharp Shoot Media qed inwasslulkom dawn ix-xeni li ma ntwerewx waqt is-sensiela L-Għarusa.

Ma hemmx wisq xi tgħid ħlief li nsegwu l-filmat u naraw ir-reazzjoni ta’ Davide Tucci hekk kif waqt li kien qed jaħdem xena partikolati memru tal-crew ma ndunax li kienu qegħdin jiffilmjaw u baqa’ dieħel ħdejh.

Jew inkella meta l-atturi jitfixklu fil-linji jew jeħlilhom ilsienhom.

U jekk forsi tridu tkomplu titbissmu tistgħu terġgħu taraw aktar mumenti li wassalniekom fil-ġranet li għaddew: