Filmat: Iwaddab il-bagalji għal fuq it-trolley

Il-ħaddiem li jieħu ħsieb li l-bagalji tal-passiġġieri jittellgħu u jitniżżlu minn fuq l-ajruplan inqabad f’filmat iwaddab l-bagalji minn fuq il-conveyor belt għal fuq il-karretta li jużaw biex iwassluhom ġol-ajruport ta’ Manchester.

Elizabeth Evans, li għandha 28 sena ħademt filmat ta’ dan il-ħaddiem iwaddab bagalja b’mod selvaġġ tant li din spiċċat mal-art minflok fuq il-karretta. Hi spjegat li waħda minnhom kienet propju l-bagalja tagħha li spiċċat sabitilha ħsarat sostanzjali meta ġabritha mill-ajruport.

Min-naħa l-oħra Swissport, l-aġent tal-ajruport li jimpjega lill-ħaddiem partikolari, sostniet li tinsab ferm diżappuntata b’dak li rat fil-filmat u għaldaqstant talbet skuża lil dawn kollha li ġew affettwati.