Filmat: Ivan Grech lura f’recording studio wara 5 snin

Ritratt: Facebook

Kienet aħbar li d-dilettanti tal-mużika laqgħu b’mod pożittiv hekk kif illum Ivan Grech tella’ filmat fuq il-paġna Facebook tiegħu li jurih lura ġo recording studio.

Il-kantant kiteb li għaddew ħames snin minn mindu kien qiegħed jagħmel xi rikordings u stqarr li matul dawn is-snin, minkejja li kien qed jieħu gost jagħmel wirjiet bħala solista, xorta waħda kien impenjat jikteb kanzunetti ġodda.

Fil-filmat li Ivan Grech tella’, jidher ma’ Peter Borg ta’ Railway Studios, u fl-istess paġna tiegħu kkonferma li ma ndumx ma nisimgħu kanzunetta ġdida mingħandu.

Mill-ewwel bdew ruxxmata ta’ kummenti mill-fans tiegħu li qed jistennew diġa’ li jisimgħu il-prodott finali.

Hi ya Beautiful People 👋Guess who’s back at the Studio ? 🤔 😃 It’s been 5 years or so since my last recordings, but hey ! haven’t lost the touch, the vibe, the magic and most importantly the love … In the last couple of years I’ve been busy enjoying my solo performances but I’ve never stopped writing new songs, my love for songwriting will never fade 🙂 So here I am having some fun with my friend Peter Borg at Railway Studios … Yes 😃 A new Song by yours truly is coming you way 😃Thanks for the Love and constant support, you inspire me 🙏🏻 Stay Tuned 👍 The Journey continues … Shine On 🌞

Posted by Ivan Grech on Wednesday, May 8, 2019