Live: Ivan Grech b’kunċert mit-terrazzin

Read in English.

Wirja speċjali bħalissa minn fuq it-terrazzin tad-dar tal-kantant Ivan Grech. Permezz ta’ Facebook Live se jkun qed iwassal kunċert intimu bil-pjanu fejn se jitwasslu numru ta’ diski mir-repertorju ta’ Winter Moods u xi cover versions.

LIVE | Lockdown Gig in Marsaxlokk

LIVE | Lockdown Gig in Marsaxlokk

Posted by Ivan Grech on Friday, April 24, 2020

Fuq l-istess terrazzin Ivan se jkun qed jarma wkoll speakers biex dawk li joqgħodu f’Marsaxlokk, speċjalment dawk fil-viċinanzi ta’ Żejtun Road, ikunu jistgħu jgawdu din il-wirja mill-gallariji tad-djar tagħhom.

Il-wirja se tibda fis-6.40pm.

“Qegħdin fiha flimkien u se noħorġu minna flimkien,” jgħid Ivan fil-filmat tiegħu.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn