Filmat: Ittajjar ċiklista waqt li kienet qed tara ‘The Voice’

Ċiklista ta’ 49 sena mietet wara li ttajret minn xufier li kienet qed tara episodju ta’ The Voice waqt li kienet qed jopera karozza li ssuq weħidha b’mod awtomatiku ġewwa Arizona.

Il-Pulizija ta’ Tempe fl-Istati Uniti ppubblikaw ir-ritratti u l-filmat tad-dashcam tal-karozza li ssuq weħidha permezz ta’ tekonoloġija avvanzata u li hi operata minn Uber. Huma ppubblikaw ukoll it-telefonata ta’ emerġenza li rċevew mix-xufier ta’ 44 sena wara li seħħ l-inċident nhar it-18 ta’ Marza li għadda.

Ir-rapport tal-Pulizija, li fih mat-300 paġna jgħid li l-inċident seta’ ġie evtitat għal kollox kieku l-opertur ta’ Uber li kienet qed iħaddem il-karozza kellha għajnejha fuq it-triq minflok qagħdet tara episodju ta’ The Voice waqt li l-karozza kienet qed topera weħidha.

Dan l-inċident, li ħasad il-ħajja  taċ-ċiklista Elaine Herzberg kien l-ewwel inċident fatali bejn persuna miexja u karozza li tuża teknoloġija apposta biex topera weħidha b’mod awtomatiku.

Skont ir-rapport tal-Pulizija x-xufier tista’ taffaċċja akkuża ta’ qtil involontarju permezz ta’ vettura. L-istess rapport, li ġie pubblikat ilbieraħ wara talba mill-prosekuturi tal-każ, sostna li x-xufier neħħiet ħarsitha nofs sekonda qabel il-ħabta u li kienet ilha tħares lejn l-iskrin għal 5.3 sekondi qabel dan. Fil-ħin tal-inċident ix-xufier kienet għaddejja b’veloċità ta’  44mph.

Fl-esperimenti tagħha b’karozzi li joperaw mingħajr xufiera Uber dejjem ordnat u saħqet li dawn it-tip ta’ karozzi dejjem għandhom ikollhom operatur uman li għandu jkun attent il-ħin kollu biex f’każ ta’ sitwazzjonijiet diffiċli jew ta’ emerġenza jieħdu l-kontroll f’idejhom.