Filmat: Itih ħass ħażin bil-ferħ meta sidtu tiġi lura wara sentejn

Kelb tant eċita ruħu meta reġa’ ingħaqad ma’ sidtu wara sentejn, li ħassu ħażin.
Rebecca Ehalt marret lura d-dar tal-familja tagħha f’Pennsylvania, l-Istati Uniti, mis-Slovenja.
Casey, il-kelb tar-razza schnauzer u li għandu disa’ snin, tant feraħ li waqa’ mal-art b’ħass ħażin.
Rebecca qalet li forsi kellu raġun jiġrilu hekk, għax ‘għalih kien ilha ‘l bogħod 14 ‘il sena minn tal-klieb’.
Il-filmat juri l-kelb jokrob bil-ferħ meta jara lil Rebecca, sakemm jaqa’ fuq ġenbu u jipprova jerġa’ jqum.
Ftit wara missier Rebecca refa’ l-kelb u l-istess għamlet Rebecca.
Iktar tard, ħadu l-kelb għand il-veterinarju u fortunatament kollox kien sew f’saħħet il-kelb.