Filmat: Itellqu ż-żwiemel ‘mal-karozzi’ fl-Imrieħel

Filmat li qed jiġi mxerred fuq midja soċjali juri żewġ ġerrejja jtellqu ż-żwiemel tagħhom fil-Bypass tal-Imrieħel, f’ħin meta t-triq tkun qed tintuża minn bosta karozzi.
Fil-filmat li ttella’ onlajn mill-paġna ta’ Facebook Malta Diżastru Totali, il-ġerrejja qed jidhru jostakolaw it-triq fejn anke saħansitra użaw iż-żewġ karreġjati li bblokkaw il-karozzi milli jkomplu għal triqithom.