Filmat: It-toroq lejn iċ-ċentri tas-swabbing l-aktar li qed jinħaslu

Il-Gvern qal li qed tingħata attenzjoni partikolari għat-tindif tat-toroq li jagħtu għaċ-ċentri tas-swabbing. Fil-bullettin li jiġi ppubblikat kuljum bl-aħħar aġġornamenti dwar l-imxija tal-coronavirus, il-Gvern qal li mal-100 ħaddiem tad-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni jkunu jistgħu jaħslu t-toroq f’diversi nħawi ta’ Malta.

Intqal li l-ħidma ma taqta xejn ta’ dawn il-ħaddiema tinvolvi ħasil b’ilma u diżinfettant sparat minn high pressure pumps. B’mod regolari qed jinħaslu bus shelters, għamara tat-triq, quddiem spiżeriji, ħwienet tal-merċa, ATMs u postijiet normalment iffrekwentati mill-pubbliku.

Dan hekk kif illum, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci qalet li nstabu 11-il każ ġdid li kollha huma ta’ trasmissjoni lokali.

F’MALTA:

F’GĦAWDEX:

 

 

Spezzjonijiet fuq ġemgħat u kwarantina

4 persuni ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Intant għat-tieni jum wara l-ieħor ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fil-218-il spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa. L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.