Is-sensiela L-Ispettur tkompli b’episodju ieħor ġdid illum it-Tnejn fid-8.50pm fuq TVM.
L-Ispettur jipprova jirranġa ma’ Karmen imma din tirrifjuta li jkollha x’taqsam miegħu. Grace ma tgħinx.
Mahmoud jispjega x’ġiegħlu jagħmel dak li jagħmel imma l-Ispettur ma tantx jimpressjona ruħu. Avolja jaf li m’ghandux jindaħal l-Ispettur jaċċetta li jgħin lill-Kuntistabbli Preca.
L-Ispettur għandu kitba u direzzjoni ta’ Mario Philip Azzopardi, bi produzzjoni ta’ Michael Kissaun.