Filmat: Il-ġurija kollha tivvota għal Emma

Il-kantanta Maltija Emma Muscat ġiet salvata mill-ġurija wara li t-tim tal-bojod tilef l-ewwel programm tal-fażi tas-Serale ta’ Amici.
Dan fisser li l-persuni kollha li jagħmlu parti mit-tim kienu jistgħu jiġu eliminati, f'dan il-każ ġie eliminat iż-żeffien Filippo Di Crosta, membru tal-istess tim.

Emma esibiet lilha nnifisha fis-7 prova tal-programm kontra kantanta oħra tat-tim tal-blu, fejn hi rebħet il-punti għat-tip tal-bojod. Għaldaqstant dan ma kienx biżżejjed biex jirbħu l-ewwel programm.
Waqt l-isfidi, Emma kellha ċ-ċans li tkanta l-kanżunetta No Roots mal-kantanta magħrufa Ġermaniża Alice Merton.

Intant, il-Maltin u l-Għawdxin jidher li huma bi ħġarhom wara Emma hekk kif il-kumplimenti kemm fuq il-paġna ta' Facebook tagħha, kif ukoll fuq il-filmati tal-paġna ta' Facebook ta' Amici, il-kummenti ta' tifħir ma jonqsux.