Filmat: It-tim Bormliż jirbaħ ir-Regatta

Għad-19-il darba, it-tim Bormliż rebaħ ir-Regatta. Dan hekk kif fost ħafna briju u appoġġ min-nies preżenti llum issoktat it-tellieqa ta’ kull sena fil-Port il-Kbir.

Is-sħana kbira ma qatgħetx qalb dawk preżenti biex jappoġġjaw it-tim favorit tagħhom. Kien hemm ukoll għadd ġmielu ta’ turisti jsegwu din it-tradizzjoni b’entużjażmu.