Filmat: It-tifla ta’ 3 snin li serqet il-qlub tan-nies

Tifla ta’ tliet snin serqet il-qlub ta’ eluf ta’ nies b’filmat li qed idur kull rokna tad-dinja.
Claire Ryann Crosby, liebsa libsa ta’ prinċipessa, teħodna lura għat-tmeninijiet bil-vuċi tagħha twassal id-diska klassika ta’ Disney Part of your World.
Daqskemm hi impressjonanti l-vuċi tagħha, huwa iktar impressjonanti l-fatt li ta’ tliet snin irnexxielha tiftakar il-kliem kollu tad-diska.
Missierha Dave, li jaħdem għall-kumpanija tal-films u jikkomponi l-mużika għar-reklami, għaqqad il-filmat li jġib il-proċess kollu involut sakemm dan ittella’ fuq YouTube. 
Missierha stqarr li xtaq jibda jaħdem proġett flimkien ma’ bintu fuq YouTube biex jaħrab mill-ġenn li ġġib magħha l-ħajja ta’ kuljum.
Il-filmat li nġibed fl-ewwel tas-sena, s’issa rawh iktar minn miljun darba.