​Filmat: It-tifel li jnissillek tbissima!

Il-passjoni u l-enerġija ta’ dan it-tifel bid-down syndrome, żgur imisslek qalbek.  Fil-fatt mess qalb 23 miljun persuna li raw il-filmat tiegħu fi żmien ġimgħa.
Dane Miller, għandu disa’ snin, u jidher f’karozza liebes ċintorin tas-sigurtà, ikanta kanzunetta ta’ Whitney Houston.
Ommu Danna qalet li Dane dejjem kien iħobb ikanta, imma kienet sorpriża kif il-filmat dar id-dinja.