Filmat: It-tieni rawnd tal-kampjonat nazzjonali ta’ Drag Racing f’Ħal Far

Bejn il-Ħamis 16 u s-Sibt 18 ta Lulju ġewwa t-trakka tal-kwart ta mil f’Ħal Far l-Assoċjazzjoni Maltija għad-Drag Racing organizzat it-tieni rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed Drag Racing Championship. B’differenza għar-rawnds l-oħra dan ir-rawnd joffri spettaklu differenti peress li jsir matul il-lejl. L-atmosfera ġewwa Ħal Far kienet waħda mill-isbaħ hekk kif il-pubbliku attenda bi ħġaru. Ħafna mill-kompetituri kellhom riżultati tajbin iżda għalkemm bi ftit punti ta sekondi jintażel rebbieħ f’kull kategorija.

Bracket Motorcycles intrebħet minn Chris Vella, klassijiet D4 u D5 intrebħu minn Patrick Cassar, Klassi SS1 u Klassi open tal-muturi intrebħu minn Chris Polidano, PS4 intrebħet minn Sandro Cutajar, Open 6 intrebħet minn Mario Borg, Escort Class 2 intrebħet minn Frankie Ellul u Escort Class 3 intrebħet minn Chantelle Zammit.

Open Class 2 u bracket bejn 8 u 8.5 sekondi intrebħu minn Mark Mallia, Index Class 1 intrebħet minn Justin Bugeja, Index Class 2 intrebħet minn Mario Scherri u Index Class 3 intrebħet minn Clayton Johnson.

Il-klassi SM3 intrebħet minn Paul Gatt, CA6 intrebħet minn Anthony Vella. Bracket bejn 13 u 13.5 sekondi intrebħet minn Reuben Micallef, bracket bejn 11.5 u 12 il-sekonda intrebħet minn Adam Farrugia, Bracket bejn 11 u 11.5 sekondi intrebħet minn Rosello Cassar, Bracket bejn 10.5 u 11 il-sekonda intrebħet minn Clayton Johnson, bracket bejn 10 u 10.5 sekondi intrebħet minn Daniel Micallef, Bracket bejn 9 u 9.5 sekondi intrebħet minn Marvic Galea. Il-klassi open front wheel drive intrebħet minn Luke Muscat.

Din l-informazzjoni twasslet mill-Assoċjazzjoni tad-Drag Racing ta’ Malta.

Filmat: Konrad D’Anastasi.