Filmat: It-tieni eliminata fir-raba’ programm

Qatt immaġinajtu li se taraw u tisimgħu verżjoni tal-kanzunetta Think of Me b’parti minnha bir-rap? Dan hu dak li għamlet Marieclaire Portelli ta’ 28 sena meta għal waqt l-audition ta’ Malta’s Got Talent għażlet li twassal l-interpretazzjoni tagħha tal-kanzunetta popolari mill-musical Phantom of the Opera.

Madanakollu Howard wera biċ-ċar li ma kienx impressjonat u għalhekk għafas il-buttuna tal-“X”.

Għalkemm Marieclaire għandha potenzjal, Howard u Maxine ħassew li fadlilha biex issaħħaħ il-vuċi tagħha. Sarah u Ray kienu lesti li jagħtuha “iva” iżda l-voti tagħhom ma kienux biżżejjed biex hija timxi għall-fażi li jmiss.