Filmat: It-tieni eliminat

Paul Anthony huwa t-tieni eliminat fl-ewwel serata live tat-tieni staġun tal-kompetizzjoni X Factor.

Hu spiċċa jieħu sehem f’sing off ma’ Celine.

Wara li ftit qabel kien Ed li ġie eliminat, Paul ANthony spiċċa eliminat hekk kif l-erba’ membri tal-ġurija Howard, Ira, Alexandra u Ray qablu li jibgħatuh id-dar.

Il-kanzunetti kollha li smajna llejla mill-parteċipanti ta’ X Factor jinsabu fuq Spotify.