Filmat: It-tieġ ta’ Clifford Galea

Il-programm Sibtek ta’ għada s-Sibt 11 ta’ Jannar se jkun wieħed mill-aktar interessanti fejn fost diversi mistiedna se jkun hemm Clifford Galea li se jitkellem dwar kif għeleb il-vizzju tad-droga.

Clifford se jitkellem ukoll fuq il-ktieb li għadu kif ġie mniedi proprju nhar it-Tlieta li għadda.

Matul il-programm Sibtek se jintwerew ukoll filmati mit-tieġ ta’ Clifford.

Sibtek jixxandar fuq TVM kull nhar ta’ Sibt fuq TVM fis-12.45pm u jitmexxa minn Ryan Borg u Josmar.

Minbarra din l-istorja, Sibtek se jkun qed iwassal ħafna aktar stejjer ta’ interess.