Filmat: “It-tfal tiegħi kulur iċ-ċikkulata, l-isbaħ kulur” – Marcelle

Marcelle Bugre, Maltija li taħdem mal-Fondazzjoni għall-Kenn u l-Appoġġ lill-Immigranti f’Malta, tgħid li l-lewn tal-ġilda tat-tlett uliedha huwa l-isbaħ.

“It-tfal tiegħi kulur iċ-ċikkulata, l-isbaħ kulur… ħafna jmorru fix-xemx… waħda dark chocolate, għandi l-oħra light chocolate…il-kuluri kollha”, żiedet tgħid Marcelle.  Hija saħqet li mhux il-kulur jagħmel il-bniedem.

Segwi Newsbook.com.mt għall-intervista sħiħa ma’ Marcelle Bugre, li se tiġi ppubblikata għada.