Filmat: It-tfal tal-Griżma jiffirmaw isimhom fuq il-Qalb ta’ Ġesù

It-tfal Għawdxin li qed jagħmlu l-Griżma din is-sena, iffirmaw isimhom fuq il-Qalb ta’ Ġesu’.
Dan sar waqt ċelebrazzjoni djoċesana li saret fil-knisja parrokkjali tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Fontana fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Ħniena.
L-Isqof t’Għawdex Mario Grech faħħar dan il-ġest tat-tfal fejn saħaq dwar l-importanza li għandhom dejjem ikunu lesti jmiddu jdejhom biex jgħinu lil Ġesù fil-missjoni tal-ħniena tiegħu għall-oħrajn.
Qabbel dan il-ġest ma dak li għamel darba l-qaddis Malti Dun Ġorġ Preca meta f’viżjoni li kellu, ra tfajjel jimbotta karretta biż-żibel u resaq jgħinu.
F’din l-attività it-tfal preżenti fil-knisja tellgħu ukoll l-għotjiet tagħhom ta’ pakketti ta’ ħrieqi u ikel tat-trabi, f’ġest nobbli ta’ għajnuna lis-Sorijiet fil-missjoni ta’ mħabba li huma qed iwettqu bid-djar tagħhom.