Filmat: It-tfal f’Mater Dei se jsuqu sas-sala tal-operazzjoni

Tfal li se jkunu rikoverati fl-isptar Mater Dei u jkollhom bżonn operazzjoni, se jibdew isuqu sas-sala.
Dan grazzi għal donazzjoni ta' familja li tat lil Puttinu Cares żewġ karozzi tal-batterija biex jinstaqu mat-tfal huma u nieżla għall-operazzjoni.
Fuq Faceook, id-diriġenti ta' Puttinu Cares qalu li dawn l-affarijiet, għalkemm żgħar, jagħmlu differenza kbira fil-ħajja tat-tfal gewwa Rainbow Ward.