Filmat: It-tfal jiltaqgħu ma’ Mickey, Minnie u Santa Klaws f’San Ġwann

Il-villaġġ tal-Milied bl-isem ta‘ ’Enchanted Village‘ qed jittella’ fl-iskola primarja ta’ San Ġwann. Din hija l-ewwel edizzjoni ta’ dan il-villaġġ u hemm programm ta’ spettaklu għall-familja kollha. It-tfal se jkollhom l-opportunità li jieħdu ritratt ma’ Santa Klaws kif ukoll ma’ Minnie u Mickey.

Hemm ukoll diversi affarijiet li wieħed jista’ jixtri fosthom pjanti, aċċessorji tal-Milied, ġugarelli, ħelu, ikel u xorb. Il-villaġġ se jkun miftuħ sa għada l-Ħadd 16 ta’ Diċembru. Min jixtieq aktar informazzjoni jista’ jżur il-paġna ta’ Facebook hawn.