Filmat: It-tfal jifirħu lill-Arċisqof f’għeluq sninu

Read in English.

Il-Kummissjoni Djoċesana Tfal sabet mezz kif tgħaddi l-awgurju tagħha lill-Arċisqof Charles Scicluna f’għeluq il-61 sena tiegħu.

Għadd ta’ tfal ġibdu filmat tagħhom fid-djar tagħhom, kollha jifirħu lill-Arċisqof f’għeluq sninu, li jaħbat propju għada, il-Ġimgħa 14 ta’ Mejju.

Min b’kartonċina bil-kliem awguri, min b’kejk magħmul mill-karti u min b’poeżija, it-tfal u dawk li jmexxu l-Kummissjoni kollha sabu l-mod tagħhom kif jawguraw lill-Arċisqof. Il-filmat jintemm b’tifel idoqq il-kanzunetta tal-birthday bil-vjolin.

Għal għeluq snin l-Arċisqof, il-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex, jekk jista’, jagħti donazzjoni ċkejkna b’risq il-karità li tagħmel il-Knisja f’Malta.

It-tfal tal-iskola St Jeanne Antide tal-Gudja waqt quddiesa li saret permezz ta’ Zoom irrekordjaw dan messaġġ lill-Arċisqof f’għeluq sninu.