Filmat: “It-tfajla tiegħi applikatli mingħajr ma kont naf”

Luca Gurrieri ta’ 32 sena għamel wirja bis-saxaphone. “Kienet it-tfajla tiegħi li applikatli mingħajr ma kont naf,” stqarr hu.

Wirja li niżlet tajjeb mal-membri tal-ġurija. “Ninsab kuntenta li t-tfajla applikatlek,” qaltlu Sarah.

Huwa kiseb erba “iva” u b’hekk se nkunu qed naraw aktar minn Luca fil-fażi li jmiss tal-Malta’s Got Talent.