Filmat: It-tfajla li titkellem b’kull lingwa li teżisti …. jew kważi!

Tfajla Findlandiża jirnexxielha titkellem “perfettament” iktar minn 10 lingwi differenti.
Filmat li tefgħet fuq Youtube daqs ġimgħa ilu, diġà għandu iktar minn 7 miljun play.
Fil-filmat, it-tfajla ta’ 19-il sena tinstema’ titkellemkważi b’kull lingwa tad-dinja: il-Franċiż, l-Ingliż, l-Indjan, l-Iżvediż, iċ-Ċiniż, ir-Russu u ħafna oħrajn.
Sa issa ma jidher li t-tfajla hi waħda minn dawk li titgħallem malajr il-lingwi.  Imma l-fatt kurjuż hu li hi ma taf ebda kelma minn dawn il-lingwi.  Jirnexxielha biss tisma’ sew il-kelma u tgħidha bl-aċċent kif suppost.
Min jaf liema kelma qed titgħallem bħalissa …