Filmat: “It-tbatija hija importanti” – Fr. Giovann Tabone

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Giovann Tabone u l-attriċi u preżentatriċi Marica Cassar.

Il-qari tal-ġurnata

“Ara, għad tiġi siegħa, u ġa waslet, meta tixterdu kull wieħed lejn daru, u lili tħalluni waħdi. Iżda waħdi m’iniex, għax il-Missier huwa miegħi. Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom ħalli bija jkollkom is-sliem. Fid-dinja tbatu jkollkom. Iżda agħmlu l-qalb: jiena rbaħt id-dinja!”

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata u jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.