Filmat: It-taħdidiet dwar il-Greċja se jkomplu nhar is-Sibt

Il-laqgħa tal-Eurogroup fiż-Żona Ewro li matulha ltaqgħu l-Ministri tal-Finanzi fejn ġew fdati bir-responsabilità li jsibu soluzzjoni għall-kriżi fil-Greċja, intemmet mingħajr ftehim.
Hu mifhum li l-laqgħa li jmiss se ssir nhar is-Sibt li ġej.
Iċ-Ċermen tal-Eurogroup, Jeroen Dijsselbloem qal li l-bibien għall-Greċja għadhom miftuħin biex jipproponu soluzzjonijiet oħra.
F’kummenti qabel il-laqgħa, il-Ministru Edward Scicluna qal li qiegħda tonqos il-paċenzja hekk kif jidher li hemm xi affarijiet li mhux jaqblu fuqhom, il-Gvern Grieg u l-Eurogroup.
Qal li m’għadx hemm ħafna aktar previżjonijiet x’wieħed jista’ jagħmel dwar kif u meta se tinstab soluzzjoni finali.