Filmat: “It-tagħlim irid ikollu element ta’ gost ukoll”

Kif jistgħu jiġu mħeġġa l-istudenti biex jkunu iktar ħerqana biex jitgħallmu meta jkunu l-iskola?

Din hija waħda mill-mistoqsijiet li Newsbook.com.mt staqsa lil Trevor Templeman, Assistent Kap ta’ l-iskola San Andrea. Huwa qal li huwa importanti li t-tfal ‘jieħdu gost’ waqt li qed jitgħallmu – permezz, pereżempju, ta’ ħarġiet barra mill-iskola li jkunu relatati mal-kurrikulu u billi jkunu esposti għall-kreattività.

Waqt dan il-filmat qasir, kemm Templeman, kif ukoll l-istudenti Jake Armeni u Keilen Xuereb jitkellmu dwar l-isfidi li jaħsbu li se jiltaqgħu magħhom waqt din is-sena skolastika li għadha kif bdiet.