Filmat: It-tafal li jieħdok lura fiż-żmien

Iż-żeffiena flimkien mal-lenti tal-kamera jiffurmaw l-istejjer f'għamla fiżika fil-proġett Tafal, li jinkludi ħames films qosra li jġiegħluna ngħixu l-imgħoddi.
L-ispirazzjoni għal Tafal ġiet minn oġġetti u stejjer ta’ proġett ieħor fil-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018, Qatt ma Ninsa.
Tafal ġie prodott permezz ta’ kollaborazzjoni bejn professjonisti minn diversi oqsma kulturali, inklużi diżinjaturi ta’ siti elettroniċi, speċjalisti tal-kostumi, artisti tal-irtokk, produtturi tal-films, żviluppaturi, storiċi, il-Fondazzjoni Valletta 2018, ŻfinMalta, il-Mużew Marittimu ta’ Malta u d-direttur Cedric Vella. 
Aktar dettalji biex tmur lura fiż-żmien hawn.