Filmat: “It-tabiba kienet tatha xahar ħajja u Alla għoġbu li ngawdiha iżjed” – Adrian

Posted by Adrian Zammit on Thursday, May 7, 2020

Adrian Zammit, is-sid tal-kelba Goffy, ilbieraħ żamm l-appuntament tiegħu mas-segwaċi fuq Facebook permezz tal-kollegamenti live tiegħu fejn tkellem dwar Goffy, il-kelba tiegħu li mietet fil-ġurnata ta’ qabel wara li kien lesta l-programm li jagħmel fuq Facebook Live.

Zammit ilbieraħ irringrazzja lil ħafna li bagħtu messaġġ ta’ kondoljanzi għat-telfa ta’ Goffy.

“Impressjonanti ħafna l-kummenti u l-kondoljjanzi li waslu minn membri parlamentari, membri talkorp tal-Pulizija, nerses u ħafna nies oħra,” tkellem hu waqt li żied jgħid li l-Goffy għallmitu kif tiġġieled mal-ħajja.

Huwa qal li mumenti bħal dawn jiġru fil-ħajja u tkellem dwar il-fatt li kien qed jistenna li Goffy kien se jiġrilha xi ħaġa.

“Goffy kellha 15-il sena u kienet marida. It-tabiba kienet tatha xahar ħajja u l-Bambin għoġbu li ngawdiha aktar,” beda biex jgħid.

Zammit ilbieraħ introduċa wkoll membru ġdid fil-familja tiegħu u quddiem il-kamera ippreżenta fenek tal-Indi li huwa semma’ Fonzu, filwaqt li tenna li se jkun qed iżomm l-appuntament mas-segwaċi tiegħu u ħeġġeġ biex dawk li sjegwuh ma jkunux imdejqa għat-telfa ta’ Goffy.

“Sib is-soluzzjoni għall-problema. Jien ma rridx narakhom imdejqin,” temm jgħid Zammit lbieraħ filgħaxija.