Filmat: “Issuġġerejt lill-Prim Ministru li jkollna Ministru tal-Ħsieb”

Dr Edward de Bono, meqjus bħala espert tal-ħsieb kreattiv, issuġġerixxa lill-Prim Ministru Joseph Muscat li jaħtar Ministru tal-Ħsieb.
F’intervista ma’ Newsbook.com.mt, Dr de Bono jispjega li kull pajjiż għandu bżonn dan il-Ministru, li jħares lejn l-affarijiet minn perspettiva differenti u jsib soluzzjonijiet ġodda.
Jisħaq fuq il-bżonn li l-istudenti fl-iskejjel u fl-Università jiġu mħarrġa fil-proċess tal-ħsieb. B’hekk ikunu jistgħu jżidu l-valur f’dak li jagħmlu u fis-soċjetà.
Jagħti wkoll eżempji prattiċi ta’ kif il-ħsieb kreattiv iżid il-valur fil-ħajja ta’ kuljum.
Dr Edward de Bono għadu kemm ippreżenta ktieb ġdid bl-isem "Thinking to Create Value – Bonting", ippublikat minn Kite Group.
Filmat: Reel8 Productions