Filmat: Issir edizzjoni oħra ta’ The Ball of the August Moon

Il-President George Vella u s-Sinjura Vella ospitaw edizzjoni oħra ta’ The Ball of the August Moon fil-Palazz Verdala, l-ewwel wieħed f’din il-Presidenza.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-President qal li l-ballu jġib miegħu għan doppju, li joffri spettaklu u divertiment u fl-istess waqt jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF).

Iċ-Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv Marchesino Daniel de Petri Testaferrata qal li dan il-ballu llum il-ġurnata stabbilixxa ruħu sew fil-kalendarju tal-attivitajiet li jittellgħu matul is-sena.

Meta indirizza lill-mistednin distinti libieraħ, il-President Vella qal li attivitajiet bħal dawn iservu bħala opportunità biex wieħed jirrilassa, jissoċjalizza u jieħu pjaċir bl-atmosfera unika tal-Palazz Verdala.

Fost il-mistednin distinti kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Sinjura Muscat, u s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Baroness Patricia Scotland.

Filmat: MCCFF