Filmat: “Issa lesta tgħidilna x’kien hemm fil-libsa?”

L-aħħar puntata mis-sensiela L-Għarusa se jkun qed jixxandar illejla fuq TVM mid-8.50pm ‘il quddiem.

Amelia u Bernard jaf ikunu fundamentali biex is-Supretendent Lauri jerġa’ jkun jista’ javviċina lill-familja Gauci Fontana u jagħlaq il-misteru tal-qtil ta’ Bettina. Hekk kif jinġabru fl-istess kamra ħafna mis-suspettati kif ukoll familjari tal-vittma, is-Supretendent jipprova jitfa’ dawl fuq dak li seta’ ġara dak inhar tat-tieġ wara bosta xhur ta’ investigazzjoni sigreta.

Sħabu tal-korp ma jistgħux jirrifjutaw l-esperjenza u l-ħeffa strateġika tas-Supretendent, issa li qiegħed tant qrib biex jikxef il-qattiel jew qattiela tal-povra Bettina Gauci Fontana.

L-Għarusa għandu kitba ta’ Audrey Brincat Dalli bi produzzjoni ta’ Sharp Shoot Media.