Filmat: “Issa jmiss l-imbuljuta”; “Entużjasta għal Milied mat-tfal”

L-Ewroparlamentari Labursita Miriam Dalli u dik Nazzjonalista Roberta Metsola jinsabu entużjasti sabiex iqattgħu l-Milied ma’ wliedhom u l-irġiel tagħhom. Dan qaluh waqt intervista ma’ Fr Joe Borg waqt il-programm Follow Up fuq RTK 103FM.

“Irrid nagħmel l-imbuljuta tal-qastan” – Metsola

Min-naħa tagħha, Metsola spjegat li hi tħobb il-Milied Malti u għaldaqstant taċċerta li meta tiċċelebra l-Milied ma’ wliedha u r-raġel tagħha t-tradizzjoni Maltija tinżamm ħajja. Kien hawn li semmiet li wasal iż-żmien li tagħmel l-imbuljuta tal-Qastan.

Qalet ukoll kif propju qabel l-intervista kienet għadha kemm għamlet xi ħin issajjar il-kejk tal-Milied u anke l-Mince Pies. Metsola semmiet ukoll kif minħabba li r-raġel tagħha huwa mil-Finlandja, Santa Klaws huwa parti kbira miċ-ċelebrazzjonijiet tal-familja.

“Kont se nġib lill-uliedi Strasburgu” – Dalli

Dalli spjegat kif għal xi żmien kienet qed tiddiskuti mar-raġel tagħha sabiex itellgħu liż-żewġ uliedhom Strasburgu ħalli jaraw is-suq tal-Milied. Madanakollu għal xi raġuni biddlu fhemthom.

Spjegat li mnalla ttieħdet din id-deċiżjoni minħabba t-traġedja li seħħet propju xi ġimgħat ilu meta seħħ attakk b’armi tan-nar fuq l-istess suq, li saħansitra wassal sabiex xi persuni jitilfu ħajjithom.