Filmat “Issa f’Tas-Sliema wkoll?”

Residenti Slimiżi jinsabu rrabjati wara li dalgħodu lega ta’ ħmieġ dehret max-xatt u f’wiċċ il-baħar fl-inħawi tal-Exiles. Staqsew jekk issa jmissx li l-ħmieġ tal-fish farms jibda jidħol hemmhekk.
Persuna staqsiet jekk Tas-Sliema hux se jkollha iktar saħħa minn San Pawl il-Baħar biex dan il-ħmieġ ma jkomplix jidħol fil-bajjiet.
Oħrajn taw proposti konkreti fosthom li s-sidien tal-fish farms jiġu ordnati jnaddfu, li jieqfu jagħtu l-ikel il-ġdid lill-ħut li jidher li qed iħalli iktar ħmieġ, li l-irziezet tal-ħut illegali jingħalqu mmedjatament u li s-sidien ikollhom iħallsu l-multi, li l-irziezet legali li qegħdin f’post ħażin, jiċċaqilqu ‘l barra fi żmien raġjonevoli u li l-awtoritajiet jaraw li jsir infurzar kif suppost.
Il-Ministeru tal-Ambjent ma weġibx għal mistoqsijiet li Newsbook.com.mt bagħat dwar il-proposti li s-sidien tal-fish farms kellhom iressqu dwar kif se jnaqqsu t-tniġġiż.
Il-bieraħ, l-Awtorità tal-Ippjanar ipposponiet id-deċiżjoni biex tirrevoka 10 permessi li kienu ngħataw lil sidien ta’ fish farms.