Filmat: Isib lil missieru wara filmat fuq Facebook f’Jum l-Omm

 

Preżentatur fuq stazzjoni tar-radju Awstralian, Ryan Jon, irnexxielu jsib u jiltaqa’ mal-missier bijoloġiku tiegħu, wara li f’Jum l-Omm tas-sena l-oħra ħareġ filmat fuq Facebook biex isib lil ommu.
Meta ltaqa’ miegħu, il-missier qallu li ma kienx jaf bl-eżistenza tiegħu. Jon qal li missieru ħassu ddiżappuntat li ħadd ma kien qallu bih, u beża’ li ibnu kien se jħoss li hu kien naqsu.
Madanakollu Ryan Jon qal li dan mhux il-każ u li hu kuntent ħafna bil-ħajja li tawħ il-ġenituri adottivi tiegħu, li ma setgħax ikollom tfal bijoloġiċi.
Huwa stqarr li l-ġenituri adottivi tiegħu “issa ilhom 30 sena ġenituri, u jien għext ħajja tal-ġenn!”
Missieru kellmu ukoll fuq ommu, li kien iltaqa’ magħha meta mar l-Awstralja, u tkellem b’mod pożittiv ħafna fuqha.
Minkejja diversi attentati, l-preżentatur għadu qed ifittex lill-ommu.