Filmat: Isalvaw għadd ta’ persuni mill-baħar

L-ERRC għadha kemm nediet filmat li juri simulazzjoni ta’ x’jiġri meta xi ħadd jitlob l-għajnuna tal-lifeguards.
Fih jidher persuna li weġġa' dahru u żewġ persuni li talbu l-għajnuna wara li nqalbu mill-kayak tagħhom.  L-għajnuna ingħatat permezz tal-ambulanza tal-baħar, Lifesaver 1.
Dan il-filmat tħejja minn għadd ta’ voluntiera tal-Water Rescue Unit fi ħdan l-ERRC.
Filmat: ERRC