Filmat: Isalva lil ħuh tewmi minn taħt il-gradenza

L-imħabba tat-tfal hija inspjegabbli u bla limitu.
Filmat li xerrdu ġenituri ta’ tewmin juri wieħed mit-tewmin jara x’se jagħmel biex isalva lil ħuh.
Waqt li kienu qed jilagħbu, it-tewmin daħħluha f’rashom li jidħlu fil-kxaxen.
Xħin qed jiddendlu mal-kxaxen, il-gradenza inqelbet fuq wieħed mit-tewmin.
Dak il-ħin wieħed mit-tewmin bil-kalma kollha jibda jdur madwar il-gradenza biex jgħarrex kif jista’ jsalva lil ħuh.
Għall-ewwel ipprova jerfagħha, imma l-gradenza kienet wisq tqila għalih.
Biss ma qatax qalbu u baqa’ baqa’ sakemm b’xi mod irnexxielu jneħħi l-gradenza minn fuq ħuh. Dan billi beda jimbotta bil-mod il-gradenza sakemm ħuh trembel ’il barra.
Dak il-ħin ommhom kienet f’kamra oħra u ma ntebħitx x’kien qiegħed jiġri.
F’kumment l-omm qalet li għall-ewwel ma kinux se jpoġġu l-filmat fuq il-mezzi soċjali. Biss wara għażlu li jtellgħuh biex iqajmu aktar għarfien mal-ġenituri.