Filmat: Swab Centres ġodda f’Ħal Qormi u f’Burmarrad

Read in English.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li ż-żewġ Swab Centres ġodda se jkunu f’Ħal Qormi u f’Burmarrad. B’hekk b’kollox se jkun hawn sitt ċentri hekk kif dawn il-ġodda se jiżdiedu mat-tlieta eżistenti li minn Marzu li għadda fetħu f’Malta u wieħed f’Għawdex.

Huwa qal dan fuq il-programm Newsbook Hour fuq 103 Malta’s Heart li xxandar is-Sibt filgħodu. Huwa kien mistoqsi dwar dawn iż-żewġ Swab Centres wara li lbieraħ f’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja qal li l-Gvern se jkun qed iżid is-Swab Centres f’Malta peress li l-mira tal-Gvern hija dik li jiżola l-każijiet ta’ coronavirus fi stadju bikri.

Qal li Malta baqgħet tagħmel l-aktar Swab Tests hekk kif wara l-Lussemburgu, Malta hija l-iktar pajjiżi fl-Ewropa li qed tagħmel testijiet. Qal li l-pajjiż sofra minħabba dan minħabba li wara li saru l-parties kbar instabu żieda ta’ każijiet. Il-Ministru Fearne fakkar f’dak li qal il-President tal-unjin tal-lukandiera u r-restoranti (MHRA) Tony Zahra meta qal li “in hindsight” il-parir li jerġgħu jibdew isiru l-mass events kien wieħed ħażin.

Stqarr li l-coronavirus mhux virus staġjonali jiġifieri li jiżdied fix-xitwa u jonqos fis-sajf. Spjega li l-każijiet kienu naqsu grazzi għall-miżuri li kienu ttieħdu.

Tista’ ssegwi l-programm hawn.